• Recent Posts

    St. Sebastian Primary School Qormi
    Follow this link to Dinja Wahda

    Healthy Living Activity Year 3.1

    Nhar il-Ħamis l-10 t’Ottubru, l-iskola tagħna organizzat ‘Healthy Living Activity’.  Għal din l-attività t-tfal tal-klassi 3.1 Snowflakes flimkien mal-għalliema tagħhom Ms. Medati iddeċidew li jippreparaw ‘snack’ ħafif u bnin li tista’ tagħmel fi ftit ħin.

    It-tfal ħadu ħsieb li jġibu l-ingredjenti u l-għodda meħtieġa mid-dar.  Ġabu żewġ tuffieħat, ponn passolina u mgħarfa għasel.  Ġabu wkoll sarvetta, platt, kuċċarina u kontenitur bil-għatu.

    Qabel bdew, it-tfal sbarazzaw il-mejda tagħhom u naddfuha.  Imbagħad kulħadd ħasel idejh sew bis-sapun u libes il-fardal u
    l-kappell / beritta. B’hekk kulħadd kien lest biex jibda jipprepara
    l-ikel.

    It-tfal, bil-għajnuna tal-għalliema, qassmu t-tuffieħ minn nofs, neħħew iż-żerriegħa u għamlu ħofra bil-kuċċarina.  Imlew il-ħofra bil-passolina u wara ferrxu ftit għasel fuq il-passolina.

    Veru riċetta bnina li tista’ tipprepara fi ftit ħin!

     

  • Location

    St Ignatius College, Primary Qormi St Sebastian
    Narbona Square, Qormi, QRM 2403
    Tel: 21442851, 21488296
    Fax: 21492280
    Email: sic.qormiss.pr@gov.mt

  • Contact us

  • Recent Posts

  • powered by MageLabs