• Recent Posts

    St. Sebastian Primary School Qormi
    Follow this link to Dinja Wahda

    Jum id-Duluri

    Jum id-Duluri mill-Klassi 6.1

    Primarja Qormi San Bastjan

    Nhar il-Ġimgha, 7 ta’ April kien jum id-Duluri – jum għażiż għall-Maltin u l-Għawdxin. Dakinhar ħafna jattendu għall-purċissjonijiet li jsiru madwar it-toroq ta’ pajjiżna bl-istatwi tad-Duluri. Il-Klassi 6.1 animat il-quddies ta’ nofsinhar fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Bastjan, proprju b’re-enactment fuq is-seba’ Duluri tal-Madonna.

    Kull tifel u tifla fil-klassi kellhom il-parti tagħhom x’jirreċtaw. Ippruvajna nkunu kemm jista’ jkun oriġinali sabiex f’ħin limitat indaħħlu lin-nies li attendew għall-quddies fi spirtu ta’ devozzjoni u qima. Tant kemm it-tfal bdew jirreċtaw bil-qalb u b’dedikazzjoni lis-skiet li kien hemm fil-knisja, stajt taqtgħu b’sikkina. Kulħadd kien attent għal dak li kienu qed jgħidu t-tfal u fuq kollox għal dak li huma kienu qed jirreċtaw. Id-dettall tal-kostumi għen ukoll sabiex in-nies jifhmu aħjar min kienu l-persunaġġi.

    L-iktar parti li tant qajmet eċitament kienet meta t-tifel li kien qiegħed jirreċta   l-parti ta’ Ġesu’ tela’ minn wara tal-Knisja jġorr salib tal-injam fuq dahru filwaqt li hu kien qiegħed jiġi msawwat mis-suldati u mgħasses miċ-ċenturjun. L-udjenza ingħatat rakkont dettaljat ta’ dak li għadda minnu Sidna Ġesu’ Kristu. Ittellgħet ukoll preżentazzjoni bil-powerpoint sabiex permezz tal-viżwal l-udjenza fehmet aħjar dak li kien qiegħed jingħad.

    Fl-aħħar tal-animazzjoni t-tfal irreċtaw poeżija ddedikata lill-Madonna miktuba minn San Ġorġ Preca u fl-aħħar għajtu l-frażi ‘‘Grazzi Madonna ta’ Mħabbtek Għalina’’. Huma għollew ukoll ittri b’dan il-kliem. F’dak il-mument l-udjenza preżenti fil-knisja Parrokkjali ta’ San Bastjan infexxet f’ċapċipa kbira.

  • Location

    St Ignatius College, Primary Qormi St Sebastian
    Narbona Square, Qormi, QRM 2403
    Tel: 21442851, 21488296
    Fax: 21492280
    Email: sic.qormiss.pr@gov.mt

  • Contact us

  • Recent Posts

  • powered by MageLabs