• Recent Posts

    St. Sebastian Primary School Qormi
    Follow this link to Dinja Wahda

    Year 5.1 – Healthy Week activity

    Ċarts marbuta mal-Healthy Week

     

    Fl-okkażjoni tal-Healthy Week, iddeċidejna bħala klassi li għal-lezzjoni tal-Krafts nagħmlu żewġ ċarts marbuta ma’ dan is-suġġett. Dakinhar, l-istudenti ġabu l-iskola frott u ikel ieħor tajjeb għas-saħħa u anke ġew murija preżentazzjoni bil-Powerpoint fuq dan it-topik.  Minn jumejn qabel, l-istudenti kienu avżati jsibu xi stampi marbuta ma’ ikel tajjeb għas-saħħa u kif aħna jista’ jkollna stil ta’ ħajja aħjar permezz tal-eżerċizzju fiżiku. L-istudenti fasslu żewġ ċarts; waħda li tiffoka fuq l-ikel u l-oħra fuq kif għandna ngħixu ħajjitna b’mod aħjar. Kienu l-istudenti waħedhom li żejnu u ħadu ħsieb id-disinn taċ-ċarts. Fl-aħħar, dawn iċ-ċarts iddendlu fil-klassi biex insebbħu aktar l-ambjent tal-klassi. Minn din l-attività, l-istudenti tgħallmu jfittxu l-istampi, jagħmlu riċerka fuq dan is-suġġett u anke jaħdmu f’tim biex jipproduċi prodott wieħed.

    Ms. Attard – Year 5.1 Sunflowers

  • Location

    St Ignatius College, Primary Qormi St Sebastian
    Narbona Square, Qormi, QRM 2403
    Tel: 21442851, 21488296
    Fax: 21492280
    Email: sic.qormiss.pr@gov.mt

  • Contact us

  • Recent Posts

  • powered by MageLabs