• Recent Posts

    St. Sebastian Primary School Qormi
    Follow this link to Dinja Wahda

    Attivitajiet li saru għal żmien l-Għid fl-iskola Primarja Qormi San Bastjan

    Din is-sena il-Kunsill Skolastiku Skola Primarja San Bastjan organizza żewġ kompetizzjonijiet għal żmien l-Għid.

    L-ewwel kompetizzjoni dik tal-Easter Bonnet Competition kienet immirata għall-istudenti kollha tal-iskola, jiġifieri mill-kindergarten sas-sitt sena. L-istudenti bl-għajnuna tal-ġenituri/kustodji tagħhom riedu joħolqu kappell, beritta, girlanda jew tpinġija bit-tema tal-Għid. Ta’ min isemmi li l-istudenti kellhom jużaw materjal riċiklat! Kull student ingħata ċertifikat ta’ parteċipazzjoni filwaqt li r-rebbieħa ngħataw ktieb.

    It-tieni kompetizzjoni kienet dik għall-itjeb u l-isbaħ figolla. Din kienet immirata għall-ġenituri/ kustodji tal-istudenti tagħna. Ġurija magħżula magħmulha minn żewġ chefs professjonali u mara tad-dar  ħarġu  bir-riżultati tagħhom. Kull min ħa sehem ingħata ċertifikat ta’ parteċipazzjoni filwaqt li r-rebbieħa ngħataw voucher/ hamper bħala rigal. Prosit lill-parteċipanti kollha.

  • Location

    St Ignatius College, Primary Qormi St Sebastian
    Narbona Square, Qormi, QRM 2403
    Tel: 21442851, 21488296
    Fax: 21492280
    Email: sic.qormiss.pr@gov.mt

  • Contact us

  • Recent Posts

  • powered by MageLabs