• Recent Posts

    St. Sebastian Primary School Qormi
    Follow this link to Dinja Wahda

    European Sports Day

    European Sports Day

     

    Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru kien il-jum Ewropew iddedikat għall-isport fl-iskejjel. L-iskop ta’ din il-ġurnata kien li tippromwovi s-saħħa u l-benesseri bħala esperjenza ta’ tagħlim tul il-ħajja u biex ikunu żviluppati l-kompetenzi u l-ħiliet soċjali fost l-istudenti permezz ta’ diversi logħob.

     

    Għal dan il-għan, l-iskola tagħna ħasbet sabiex torganizza ġurnata logħob għall-istudenti kollha mill-ewwel sas-sitt sena. Bl-għajnuna tal-għalliem tal-Edukazzjoni Fiżika, il-bitħa tal-iskola ġiet armata b’diversi riżorsi sportivi sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jipprattikaw logħob differenti. Kull klassi kellha ħin allokat għaliha sabiex l-istudenti setgħu jinvolvu ruħhom b’mod dinamiku f’mhux anqas minn erba’ jew ħames logħbiet differenti. It-tbissima fuq fomm l-istudenti kienet evidenti hekk kif dehru motivati ferm biex jagħtu l-aħjar tagħhom waqt dan il-logħob.  Grazzi lill-istaff kollu li ta daqqa t’id sabiex tiġi preparata din il-ġurnata u l-għalliema u l-assistenti tagħhom li akkumpanjaw l-istudenti waqt il-logħob.

     

     

     

  • Location

    St Ignatius College, Primary Qormi St Sebastian
    Narbona Square, Qormi, QRM 2403
    Tel: 21442851, 21488296
    Fax: 21492280
    Email: sic.qormiss.pr@gov.mt

  • Contact us

  • Recent Posts

  • powered by MageLabs