• Recent Posts

    St. Sebastian Primary School Qormi
    Follow this link to Dinja Wahda

    Festa Familja

    Festa Familja

    Fis-sbatax ta’ Ġunju, 2016, fil-bitħa tal-iskola, il-Kunsill Skolastiku organizza l-aħħar attivita għas-sena skolastika, li kienet, Festa Familja.  Din l-attivita ġiet organizzata għat-tieni sena konsekuttiva.  Tista’ tgħid li daħlet fil-kalendarju tal-Kunsill, għaliex, din is-sena, kellna konkorrenza akbar mis-sena l-oħra u l-kummenti li kellna minn min attenda kienu sbieħ u ta’ nkoraġġament.

    Festa Familja hi attivita għall-familja kollha peress li jkun hemm attivitajiet għal kull eta; li jinkludu varjeta, rigali, tombla u ikel u xorb għal kulħadd.  Kull min ġie, ħa gost u għalkemm kellna ħin fiss, ħadd ma ried jiċċaqlaq mill-bitħa, tant li spiċċajna aktar tard.  It-temp kien ħanin magħna wkoll u kulħadd ħa gost biż-żiffa ħelwa li kienet għaddejja.  Din is-sena ħadna gost naraw ħafna mill-istaff tal-iskola li attendew bil-familja għaliex din l-attivita serviet biex lis-staff jiltaqa’ u jissoċċjalizza barra l-ħin tal-iskola.

    F’isem il-Kunsill Skolastiku, nixtieq nirringrazzja lil kull min attenda, lill- voluntiera li għinuna u lill- kap tal-iskola tas-sapport li tagħtina meta norganizzaw xi attivita. Nirringrazzja wkoll lil kull min bagħat xi kumment sabiħ fuq il-mezzi soċjali għaliex dawn jimmotivawna u jagħmlulna kuraġġ biex norganizzaw aktar attivitajiet għall-familji qriema u l-ħbieb tagħhom.  Grazzi mill-qalb.

  • Location

    St Ignatius College, Primary Qormi St Sebastian
    Narbona Square, Qormi, QRM 2403
    Tel: 21442851, 21488296
    Fax: 21492280
    Email: sic.qormiss.pr@gov.mt

  • Contact us

  • Recent Posts

  • powered by MageLabs