• Recent Posts

    St. Sebastian Primary School Qormi
    Follow this link to Dinja Wahda

    RESCUR

    IMNIEDI L-PROĠETT RESCUR FL-ISKOLA TAGĦNA

     

    Mill-aħħar ġimgħa ta’ Ottubru l-istudenti tal-iskola tagħna tal-klassijiet tal-Kindergarten u tan-Nurture issieħbu fil-proġett RESCUR.

     

    Dan il-proġett għandu l-għan li jrawwem fit-tfal tagħna kurrikulu ta’ reżiljenza. Huwa proġett tal-Comenius ikkoordinat mill-Università ta’ Malta u diversi Universitajiet Ewropej. Il-Kurrikulu RESCUR jipprepara l-istudenti tagħna sa minn età bikrija sabiex ikunu kapaċi jegħlbu diversi sfidi li jiltaqgħu magħhom f’ħajjithom u jiksbu suċċess akkademiku, saħħa soċjali u emozzjonali.

    L-għalliema, il-Kindergarten Assistants u l-LSAs   involuti qabel ma bdiet is-sena skolastika ġew imħarrġa f’dan il-kurrikulu grazzi għall-inizjattiva tal-Prinċipal tal-Kulleġġ tagħna is-Sa. Maria Pace. Dan it-taħriġ tmexxa minn rappreżentati tal-Psikoloġija fi ħdan il-Fakultà tal-Edukazzjoni. Bħala parti mill-istess proġett fis-26 ta’ Ottubru ġiet ukoll organizzata laqgħa fis-sala tal-iskola għall-ġenituri u kustodji. Dakinhar il-psikologa tal-Kulleġġ tagħna Ms Marilyn Muscat u Prof Carmel Cefai mill-Fakultà tal-Università ta’ Malta fehmu lill-ġenituri/kustodji is-sehem tagħhom sabiex jirnexxi dan il-proġett! Għal din il-laqgħa kienet ukoll preżenti l-Prinċipal tal-Kulleġġ tagħna. Prosett u awguri għal sena sħiħa ta’ ħidma lil dawk kollha involuti sabiex dan il-proġett jirnexxi!

  • Location

    St Ignatius College, Primary Qormi St Sebastian
    Narbona Square, Qormi, QRM 2403
    Tel: 21442851, 21488296
    Fax: 21492280
    Email: sic.qormiss.pr@gov.mt

  • Contact us

  • Recent Posts

  • powered by MageLabs