• Recent Posts

    St. Sebastian Primary School Qormi
    Follow this link to Dinja Wahda

    Student Advantage Scheme

    Microsoft Office b’xejn għall-istudenti

    11:37 | 15.01.2014

    image

    Wara ftehim bejn il-kumpanija Microsoft u l-Aġenzija tal-Informatika tal-Gvern (MITA) l-istudenti se jkolhom il-faċilità li jniżżlu b’xejn il-programmi tal-Microsoft Office.

    B’dan il-programm, li jismu Students Advantage Scheme, se jgawdu 40,000 student li se jkunu qegħdin jiffrankaw madwar €100 kull wieħed. L-istudenti se jkollhom il-faċilità li jniżżlu s-software fuq ħames għodod elettroniċi (ngħidu aħna ħames kompjuters).

    Bil-mod kif se titħaddem l-inizjattiva, mhux se jkun hemm bżonn li wieħed immur fi kju biex jibbenifika. Iżda l-programm jista’ jitniżżel mill-programm tal-internet.

    Din l-inizjattiva ġiet imħabbra fil-preżenza tal-Prim Ministru, Joseph Muscat, fl-iskola primarja ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi. Il-Prim Ministru emfassiza l-ħtieġa tat-teknoloġija bil-għan li l-studenti jkunu mħejjija għad-dinja tax-xogħol.

    Adriana Zammit, f’isem il-Microsoft, qalet li Malta hi waħda mill-ewwel pajjiżi li se tibbenefika minn skema bħal din. Hi qalet li dan huwa messaġġ ċar ta’ appoġġ għaż-żgħażagħ f’Malta. Zammit żiedet tgħid li meta tħares lejn l-istatistika tal-qgħad f’Malta tikkumpara tajjeb ħafna ma’ ta’ pajjiżi barranin. Żiedet li minkejja r-riżultati pożittivi l-gvern jidher li hu kommess li jibqa’ jaħdem għal dan il-għan u l-Microsoft lesta tibqa’ tkun sħab mal-gvern Malti.

    Din l-inizjattiva se tibda mill-iskejjel tal-gvern u qed isiru taħditiet biex titkompla fl-skejjel oħra.

    Ritratt: DOI

    Microsoft has donated almost €4million worth of Office packages for use by Maltese schoolchildren.

    The agreement was announced this morning by Prime Minister Joseph Muscat during a visit to Qormi primary school.

    Dr Muscat saw the children using IT equipment and sat down in a kindergarten classroom and chatted with the children.

    The agreement will see some 40,000 pupils in government schools, including Mcast, receive a free Office package that would save them some €100 each. Talks would be held on extending the agreement to include students in church and independent schools.

    Dr Muscat said the pupils will not need to queue to get their software – a jibe to what happened in the past – but they will simply register online and download it over the internet.

    He said the governemnt would shortly be rolling out its digital strategy.

    More information and to register for the software is available from www.mita.gov.mt/studentadvantage

     

    Free Office 365

     

    Studenti f’Malta u Għawdex se jkunu qed jiffrankaw erba miljun ewro f’sena bejntiehom. Dan grazzi għal ftehim bejn il-MITA u l-kumpanija Microsoft.

     

  • Location

    St Ignatius College, Primary Qormi St Sebastian
    Narbona Square, Qormi, QRM 2403
    Tel: 21442851, 21488296
    Fax: 21492280
    Email: sic.qormiss.pr@gov.mt

  • Contact us

  • Recent Posts

  • powered by MageLabs