• Recent Posts

    St. Sebastian Primary School Qormi
    Follow this link to Dinja Wahda

    The Malta Horticultural Society

    The Malta Horticultural Society

    Great Spring Show

    it Tieni post għall iskola Primarja Qormi San Bastjan

     

    Tliet studenti mill-iskola Primarja ta’ Qormi San Bastjan, Maria Elena Pace mir-Raba’ klassi, Dario Caruana mit-Tielet klassi u Martha Zelie Pace mill-Ewwel klassi, għat-tieni sena ipparteċipaw fl-esibizzjoni u kompetizzjoni annwali organizzata mill Horticultural Society ġewwa l-ġonna ta’ San Anton.

    Maria Elena u Martha Zelie Pace bejniethom daħlu 16 il-prodott ta’ frott u ħaxix preservat li għamlu fis-Sajf. Maria Elena preżentat ukoll ‘bottle garden’.  Dario Caruana prezenta ‘basket of flowers’ u ‘ornament of flowers’.

    Dawn l-istudenti rebħu diversi premjijiet. Maria Elena ħadet l-ewwel fil-kompetizzjoni tal- ‘bottle garden’. Dario Caruana ha l-ewwel premju fil-‘basket of flowers’ u kif ukoll fl-‘ornament of flowers’. Martha Zelie ħadet l-ewwel premju fil-‘preserved fruit and vegetables’ li kien żebbuġ ta’ Malta u t-tielet premju bil-‘grapefruit jam’.

    Kien hemm diversi tfal li pparteċipaw minn skejjel differenti. L-iskola Primarja Qormi San Basjan giet fit-tieni post.

    Aħna nħeggu tfal oħra jibdew jipparteċipaw f’din il-kompetizzjoni annwali.  Din mhix biss opportunita’ edukattiva iżda cans ieħor biex niskopru talenti ġodda.

    Filwaqt li nawguraw lill Maria Elena, Dario u Martha Zelie aktar suċċessi, nirringrazzjawhom ukoll tal-unur li għamlu lill-iskola.

     

  • Location

    St Ignatius College, Primary Qormi St Sebastian
    Narbona Square, Qormi, QRM 2403
    Tel: 21442851, 21488296
    Fax: 21492280
    Email: sic.qormiss.pr@gov.mt

  • Contact us

  • Recent Posts

  • powered by MageLabs