• Recent Posts

    St. Sebastian Primary School Qormi
    Follow this link to Dinja Wahda

    White Cane Day

    White Cane Day

    Attivita ta’ għarfien dwar il-White Cane Day miċ-Ċentru Spero

    Illum is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana flimkien mal-klijenti ta’ Spero li huwa ċ-ċentru għall-persuni neqsin mid-dawl marru fl-iskola ta’ San Bastjan, Kulleġġ ta’ San Injazju f’Ħal Qormi. Dan sar biex jiltaqgħu mat-tfal u jitkellmu magħhom bl-għan li titqajjem iktar kuxjenza dwar din il-ġurnata u l-bżonnijiet tal-persuni neqsin mid-dawl.

    Dr Caruana tkellmet fuq l-importanza tal-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità fis-soċjetà u għalhekk wieħed għandu jkun infurmat dwar l-isfidi u l-bżonnijiet li jaffaċċjaw persuni b’diżabilitajiet differenti. Spjegat kif il-ġurnata tal-lum hija iddedikata għall-bastun l-abjad li jintuża mill-persuni nieqsa mid-dawl. Hija qalet li din l-attivita’ seħħet għax fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali ddedikat għall-Persuni Neqsin mid-Dawl li ħabat il-ġimgħa l-oħra, il-klijenti taċ-ċentru Spero urew ix-xewqa li jibdew imorru fl-iskejjel biex jedukaw lit-tfal dwar it-tifsira u l-utilità tal-bastun u anke tal-klieb gwida.

    Is-Segretarju Parlamentari saħqet li l-persuni b’diżabilità għandhom jingħataw kull opportunità li jitkellmu dwar dak li jolqothom u għandna noħolqu spazji u opportunitajiet biex ikunu jistgħu jagħmlu dan. L-okkażjoni ta’ dalgħodu għalhekk tat bidu għal sensiela ta’ laqgħat bħal dawn mat-tfal tal-iskejjel tagħna biex inkomplu nippromwovu l-inklużjoni soċjali.

    Min-naħa tagħhom it-tfal urew interess kbir u dan jixhed kemm uliedna għandhom irwol importanti fil-ħidma favur l-inklużjoni.

    Is-Segretarju Parlmantari faħħret lill-Kap tal-Kulleġġ, lill-Kap tal-Iskola, Assistenti Kapijiet, l-għalliema, LSA’s u l-istaff kollu għall-impenn tagħhom b’mod kollettiv b’risq it-tfal ta’ dan il-kulleġġ.

     

    Tfal fl-iskejjel jiskopru l-użu tal-bastun l-abjad u l-kelb-gwida

    Fl-okkażjoni tal-jum iddedikat għall-bastun l-abjad użat minn persuni neqsin mid-dawl, tfal fl-iskola primarja ta’ San Bastjan, f’Ħal Qormi, kellhom l-opportunità jsiru jafu iktar dwar il-bżonn u l-użu tal-bastun u l-kelb-gwida.

    Dan sar fuq inizjattiva ta’ persuni li jużaw is-servizzi taċ-ċentru Spero, li hu għall-persuni neqsin mid-dawl.

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità, Justyne Caruana, semmiet l-importanza tal-inklużjoni sa minn età żgħira hekk kif qalet li din l-attività kienet qed tiftaħ sensiela ta’ attivitajiet simili fi skejjel biex isir iktar għarfien dwar l-importanza tal-inklużjoni soċjali.

     
    Reference is made to:
    http://www.inewsmalta.com/dart/20151014-attivita-ta-arfien-dwar-il-white-cane-day-mi-entru-spero
    http://www.newsbook.com.mt/artikli/2015/10/14/tfal-fl-iskejjel-jiskopru-l-uzu-tal-bastun-l-abjad-u-l-kelb-gwida.37126/
     

  • Location

    St Ignatius College, Primary Qormi St Sebastian
    Narbona Square, Qormi, QRM 2403
    Tel: 21442851, 21488296
    Fax: 21492280
    Email: sic.qormiss.pr@gov.mt

  • Contact us

  • Recent Posts

  • powered by MageLabs